Fernando Botero
- l`rby@
- mSr~
- Az@rbaycanca
- B'lgarski
- Catala
- Cestina
- Dansk
- Deutsch
- Ellenika
- English
- Esperanto
- Espanol
- Eesti
- Euskara
- frsy
- Suomi
- Francais
- Furlan
- Galego
- Hausa
- `bryt
- Magyar
- Hayeren
- Bahasa Indonesia
- Ido
- Italiano
- Ri Ben Yu
- hangugeo
- Latina
- Letzebuergesch
- Lietuviu
- Nederlands
- Norsk bokmal
- Occitan
- Papiamentu
- Polski
- Portugues
- Runa Simi
- Romana
- Russkii
- Srpskohrvatski / srpskokhrvatski
- Simple English
- Slovencina
- Slovenscina
- Svenska
- Turkce
- Ukrayins'ka
- Zhong Wen
Fernando Botero Angulo (twieled fid-19 ta' April 1932 - miet fil-15 ta' Settembru 2023) kien artist u skultur figurattiv Kolombjan li twieled f'Medellin.[1] L-istil partikolari tieghu, maghruf bhala "Boterizmu", juri lin-nies u l-figuri b'dehra hoxna u ezagerata, li jaf tirrapprezenta kritika politika jew umorizmu, skont liema tkun l-opra. Huwa kien jitqies bhala l-izjed artisti maghruf u kkwotat mill-Amerka Latina matul hajtu,[2][3][4] u l-arti tieghu tinsab f'postijiet vizibbli hafna madwar id-dinja, bhal Park Avenue fil-Belt ta' New York u Champs-Elysees f'Parigi, fi zminijiet differenti.[5]
Botero, li sejjah lilu nnifsu bhala "l-izjed Kolombjan fost l-artisti Kolombjani", sar prominenti fuq livell nazzjonali meta rebah l-ewwel premju fis-Salon de Artistas Colombianos fl-1958.[6] Huwa beda johloq skulturi wara li ttrasferixxa ruhu f'Parigi fl-1973, u kiseb fama internazzjonali b'wirjiet madwar id-dinja sas-snin 90 tas-seklu 20.[7][8] L-arti tieghu tinsab f'kollezzjonijiet ta' bosta muzewijiet internazzjonali, korporazzjonijiet u kollezzjonisti privati. Fl-2012, huwa nghata l-Premju ghall-Ghomor ghall-Iskultura Kontemporanja tac-Centru Internazzjonali tal-Iskultura.[9]
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Hajja bikrija
[immodifika | immodifika s-sors]Fernando Botero twieled f'Medellin fl-1932. Missieru kien David Botero (1895-1936) u ommu kienet Flora Angulo (1898-1972). Missieru, bejjiegh li kien jivvjagga riekeb fuq ziemel, miet b'attakk tal-qalb meta Fernando kellu erba' snin. Ommu hadmet bhala hajjata biex tappogga l-familja.[10] Zijuh assuma rwol ewlieni f'hajtu. Ghalkemm kien izolat mill-arti pprezentata fil-muzewijiet u istituti kulturali ohra, Botero kien influwenzat mill-istil Barokk tal-knejjes kolonjali u l-hajja tal-belt ta' Medellin matul it-trobbija tieghu.[11]
Botero nghata l-edukazzjoni primarja tieghu fl-Ateneo Antioqueno u bis-sahha ta' borza ta' studju, huwa kompla l-edukazzjoni sekondarja tieghu fl-Iskola tal-Gizwiti ta' Bolivar.[12] Fl-1944, iz-ziju ta' Botero batu fi skola ghall-matador ghal sentejn.[13] Fl-1948, meta kellu 16-il sena, Botero ppubblikawlu l-ewwel illustrazzjonijiet tieghu fis-suppliment tal-Hadd ta' El Colombiano, wahda mill-gazzetti l-iktar importanti f'Medellin. Huwa uza l-flus li thallas biex jattendi l-iskola postsekondarja fil-Liceo de Marinilla de Antioquia.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Ix-xoghol ta' Botero ntwera ghall-ewwel darba fl-1948, f'wirja kollettiva flimkien ma' artisti ohra mir-regjun. Mill-1949 sal-1950, Botero hadem bhala disinjatur xenografiku qabel ma ttrasferixxa ruhu lejn Bogota fl-1951. Meta kien zghir Botero hadem ukoll bhala illustratur tal-gazzetti biex isostni l-interessi artistici tieghu u qabel ma attenda l-Akkademja ta' San Fernando. Il-Muzew tal-Arti ta' Perez f'Miami xtara pittura tan-natura mejta tal-ewwel jiem tal-karriera ta' Botero li turi t-tuffieh bhala s-suggett ewlieni, li kienet influwenza tal-movimenti artistici storici Ewropej u tal-pitturi tas-seklu 20.[14] L-ewwel wirja individwali tieghu saret fil-Galeria Leo Matiz f'Bogota, ftit xhur wara l-wasla tieghu. Fl-1952, Botero mbaghad ivvjagga flimkien ma' grupp ta' artisti lejn Barcellona, fejn baqa' ghal zmien qasir qabel ma mar jghix f'Madrid.
F'Madrid, Botero studja fl-Academia de San Fernando.[15]
Fl-1953, Botero mar jghix f'Parigi, fejn qatta' l-bicca l-kbira tal-hin tieghu fil-Louvre, jistudja l-opri fi hdan il-muzew. Huwa ghex f'Firenze mill-1953 sal-1954, fejn studja x-xoghlijiet tal-mastri tar-Rinaxximent. Iktar 'il quddiem, huwa ghex fil-bicca l-kbira f'Parigi, izda qatta' xahar fis-sena fil-belt nattiva tieghu ta' Medellin. Huwa kellu iktar minn 50 wirja fil-bliet ewlenin madwar id-dinja, u x-xoghol tieghu jinbigh ghal miljuni ta' dollari. Fl-1958, huwa rebah id-disa' edizzjoni tas-Salon de Artistas Colombianos.[16]
Bejn l-1963 u l-1964, Botero pprova johloq l-iskulturi. Minhabba diffikultajiet finanzjarji li ma ppermettulux jahdem bil-bronz, huwa ghamel skulturi bir-rezina akrilika u bic-cana. Ezempju notevoli ta' dan iz-zmien kien Ras Zghira (ta' Isqof) fl-1964, skultura mpittra b'realizmu kbir. Madankollu, il-materjali kien jghaddi wisq ilma minnu, u Botero ddecieda li ma jibqax juza dan il-metodu.[17]
Fl-2004, Botero tella' wirja ta' sensiela ta' 27 tpingija u 23 pittura rigward il-vjolenza fil-Kolombja mill-1999 sal-2004. Huwa ta x-xoghlijiet b'donazzjoni lill-Muzew Nazzjonali tal-Kolombja, fejn intwerew ghall-ewwel darba.[18]
Fl-2005, Botero attira attenzjoni konsiderevoli ghas-sensiela tieghu ta' Abu Ghraib, li ntweriet ghall-ewwel darba fl-Ewropa. Huwa bbaza x-xoghlijiet fuq rapporti ta' abbuzi tal-forzi tal-Istati Uniti fil-habs ta' Abu Ghraib matul il-Gwerra tal-Iraq. Huwa beda b'idea li kellu waqt vjagg fuq l-ajruplan, u pproduca iktar minn 85 pittura u 100 tpingija fejn esplora dan il-kuncett u "pitter kemm felah sakemm hareg il-velenu kollu".[19] Is-sensiela ntweriet f'zewg postijiet fl-Istati Uniti fl-2007, inkluz f'Washington D.C. Botero kien qal li ma kienx se jbigh ix-xoghlijiet tieghu, izda kien se jaghtihom b'donazzjoni lill-muzewijiet. Fl-2009, il-Muzew tal-Arti ta' Berkeley kiseb (bhala donazzjoni mill-artist) 56 pittura u tpingija mis-sensiela ta' Abu Ghraib, li huma disponibbli online. Selezzjonijiet mis-sensiela gew inkluzi regolarment fil-wirjiet annwali tal-muzew dwar l-Arti ghad-Drittijiet tal-Bniedem.
Fl-2006, wara li kien iffoka b'mod eskluziv fuq is-sensiela ta' Abu Ghraib ghal iktar minn 14-il xahar, Botero rega' lura ghat-temi tal-hajja bikrija tieghu, bhall-familja u l-maternita. F'Une Famille, Botero rrapprezenta l-familja Kolombjana, suggett li pitter spiss fis-snin 70 u 80 tas-seklu 20. Fil-Maternita, Botero rrepeta kompozizzjoni li kien diga pitter fl-2003, fejn irnexxielu jevoka materjal bellusi u senswali, b'bixra specjali u bhala xhieda tal-involviment personali tal-artist. Il-wild fit-tpingija tal-2006 ghandu ferita fin-naha tal-lemin ta' sidru, donnu l-artist xtaq jidentifikah ma' Gesu Kristu, u b'hekk jaghti tifsira religjuza li ma kinitx prezenti fix-xoghol tal-arti tieghu tal-2003.
Fl-2008, huwa wera x-xoghlijiet tal-kollezzjoni tieghu msejha Ic-Cirklu, b'20 opra tal-arti biz-zejt u bl-akkwarelli. F'intervista li saritlu fl-2010, Botero qal li huwa kien lest ghal suggetti ohra: "Wara dan kollu, jien dejjem nerga' lura ghall-izjed affarijiet semplici: in-natura mejta".
Stil
[immodifika | immodifika s-sors]Filwaqt li x-xoghol tieghu jinkludi natura mejta u pajsaggi, Botero kkoncentra fuq ir-ritratti f'qaghda partikolari. Il-pitturi u l-iskulturi tieghu huma kkollegati b'proporzjonijiet ezagerati jew b'figuri "hoxnin", kif sejhilhom hu stess darba minnhom. Botero spjega l-uzu tieghu ta' dawn "in-nies imbaccin", kif spiss isejhulom il-kritici:
"Artist ikun attirat lejn certu tipi ta' forom minghajr ma jkun jaf ghalfejn. Inti tadotta pozizzjoni bl-istint; u mbaghad wara biss tipprova thares lejha b'mod razzjonali jew sahansitra tipprova tiggustifikaha".[20]
Ghalkemm qatta' xahar biss fis-sena fil-Kolombja, huwa kkunsidra lilu nnifsu bhala "l-izjed artist Kolombjan haj", minhabba l-izolament tieghu mix-xejriet internazzjonali tad-dinja tal-arti.
Donazzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Botero ta b'donazzjoni ghadd kbir ta' opri tal-arti lill-muzewijiet f'Bogota u f'rahal twelidu, Medellin. Fis-sena 2000, Botero ta b'donazzjoni 123 opra tal-arti tieghu u 85 opra tal-arti mill-kollezzjoni personali tieghu lill-Museo Botero f'Bogota, inkluz xoghlijiet ta' Chagall, Picasso, Robert Rauschenberg, u l-impressjonisti Francizi. Huwa ta b'donazzjoni 119-il opra tal-arti lill-Muzew ta' Antioquia, inkluz 23 skultura tal-bronz ghall-pjazza ta' quddiem il-muzew, li saret maghrufa bhala Plaza Botero.[21]
B'rispons ghall-process ta' paci Kolombjan, Botero holoq u ta b'donazzjoni l-iskultura La paloma de la paz (2016) lill-Gvern tal-Kolombja sabiex ifakkar l-iffirmar u r-ratifikazzjoni tal-ftehim.[22]
Hajja personali
[immodifika | immodifika s-sors]Botero zzewweg darbtejn. Mal-ewwel mara tieghu, Gloria Zea (1935-2019), li iktar 'il quddiem saret id-direttur tal-Istitut tal-Kultura Kolombjan (Colcultura), kellu tlett itfal: Fernando, Lina u Juan Carlos. Huma ddivorzjaw fl-1960 u Botero mar jghix fil-Belt ta' New York, fejn ghex ghal 14-il sena qabel ma mar jghix f'Parigi.
Fl-1964 Botero beda jghix ma' Cecilia Zambrano. Kellhom iben li twieled fl-1974, li nqatel fl-1979 f'accident bil-karozza li fih wegga' Botero wkoll. Botero u Zambrano sseparaw fl-1975.
It-tieni mara ta' Botero kienet l-artista Griega Sophia Vari (1940-2023), li rresjieda maghha f'Parigi u f'Montecarlo. Il-koppja kellha dar ukoll f'Pietrasanta, l-Italja. F'gheluq it-80 sena tieghu, Botero tfakkar b'wirja tal-opri tieghu f'Pietrasanta.
Mewt
[immodifika | immodifika s-sors]Botero miet minhabba komplikazzjonijiet ta' polmonite fil-15 ta' Settembru 2023, ta' 91 sena.
Kultura popolari
[immodifika | immodifika s-sors]Il-pittura ta' Botero tal-1964, il-Papa Ljun X (wara Rafael) saret famuza mill-gdid bhala meme popolari fuq l-internet. Spiss tintwera bid-didaskalija "y tho".
Gallerija
[immodifika | immodifika s-sors]- Wirja f'Berlin.
- Qattus, 1990, Barcellona.
- Maternita, Oviedo.
- Mara b'Mera, 1987.
- Mara b'sigarett, Yerevan.
- Ghasfur, 1990, quddiem UOB Plaza, Singapore.
- Gellied Ruman, il-Muzew tal-Arti ta' Cafesjian, Yerevan.
- Ragel Riekeb Ziemel, tal-bronz, 1992, fil-Muzew ta' Izrael, Gerusalemm.
- Il-Qattus, Yerevan.
- L-Id, Madrid.
- Mara tpejjep, il-Muzew tal-Arti ta' Cafesjian, Yerevan.
- Caballo con bridas, Bilbao.
- Adam u Eva, qrib it-Torri ta' Crockfords fir-Resorts World Sentosa, Singapore.
- Sinjura, Medellin.
- Skultura ta' Fernando Botero f'Goslar.
- Skultura ta' Fernando Botero quddiem il-Kunstmuseum Liechtenstein, Vaduz.
- Qattus, il-Muzew tal-Arti ta' Cafesjian, Yerevan.
- Adam, Seattle.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- | "Fernando Botero | Biography, Paintings, Sculptures, Style, & Facts | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliz). 2023-09-15. Migbur 2023-09-16.
- | Forero, Juan (2005-05-08). "'Great Crime' at Abu Ghraib Enrages and Inspires an Artist" (bl-Ingliz). Migbur 2023-09-16.
- | Clarin.com (2013-06-10). "Fernando Botero, el aprendiz eterno". Clarin (bl-Ispanjol). Migbur 2023-09-16.
- | Torreon, El Siglo de (2012-04-01). "Fernando Botero, el gran artista de Latinoamerica". www.elsiglodetorreon.com.mx (bl-Ispanjol). Migbur 2023-09-16.
- | Kristin G. Congdon; Kara Kelley Hallmark (2002). Artists from Latin American Cultures: A Biographical Dictionary. Greenwood Publishing Group. p. 40. ISBN 978-0-313-31544-2.
- | Luna, Alberto G. (2023-09-15). "Fernando Botero, el pintor de las figuras rechonchas que se reia de la alta burguesia". elconfidencial.com (bl-Ispanjol). Migbur 2023-09-16.
- | "40 Salon nacional de artistas". web.archive.org. 2020-11-25. Arkivjat minn l-original fl-2020-11-25. Migbur 2023-09-16.
- | "Acclaimed Colombian Artist Fernando Botero Has Died at 91". Biography (bl-Ingliz). 2023-09-15. Migbur 2023-09-16.
- | "Marlborough Gallery". www.marlboroughgallery.com (bl-Ingliz). Migbur 2023-09-16.
- | Caistor, Nick (2023-09-15). "Fernando Botero obituary" (bl-Ingliz). Migbur 2023-09-16.
- | "Botero: Beloved Artist of the Americas". web.archive.org. 2009-07-15. Arkivjat minn l-original fl-2009-07-15. Migbur 2023-09-16.
- | Sillevis, John; Elliott, David Stuart; Sullivan, Edward J. (2007). The baroque world of Fernando Botero: exposition itinerante, janvier 2007 - decembre 2009. New Haven: Yale university press.
- | "Fernando Botero - Biography". www.askart.com. Migbur 2023-09-16.
- | "Manzanas (Apples) * Perez Art Museum Miami" (bl-Ingliz). Migbur 2023-09-16.
- | Botero, Fernando; Hanstein, Mariana, ed. (2003). Fernando Botero. Koln London: Taschen.
- | "El poder en Colombia, Articulo Impreso Archivado". web.archive.org. 2009-10-27. Arkivjat minn l-original fl-2009-10-27. Migbur 2023-09-16.
- | Botero, Fernando; Hanstein, Mariana, ed. (2003). Fernando Botero. Koln London: Taschen.
- | "Fernando Botero Donation and Controversy - Sculptures, Paintings and Biography of Famous Artists: Picasso, Dali, Degas, Giacometti, Chillida, Miro, Modigliani, Brancusi, Archipenko, Lopez, Oteiza, Gaudi, Lipchitz, Boccioni, Botero, Warhol, Kandinsky, Gris, Rodin, Calder". web.archive.org. 2011-05-01. Arkivjat mill-original fl-2011-05-01. Migbur 2023-09-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-originali status mhux maghruf (link)
- | "EastSouthWestNorth: The Art of Abu Ghraib". www.zonaeuropa.com. Migbur 2023-09-16.
- | McDermott, Memory (2005). Tea For Two: Natures Apothecary. Lulu.com. p. 167. ISBN 9781413760972.
- | "Plaza de Botero" (bl-Ispanjol). Migbur 2023-09-17.
- | "Fernando Botero dona su escultura <
> a la Presidencia colombiana" . Diario ABC (bl-Ispanjol). 2016-09-24. Migbur 2023-09-17.